stephengatt.com
  • football
  • Festivals and Tournaments
  • Contact
1 Pager settings
  • Section name
  • Section name
  • Section name
  • Section name
  • Section name
  • Section name
  • Section name
  • Section name
  • Section name
  • Section name
  • Section name
  • Section name
  • Section name
  • Section name
  • Section name
  • Section name
  • Section name
  • Section name
  • Section name
  • Section name
  • Section name
  • Section name
  • Section name
  • Section name
  • Section name
  • Section name
  • Section name
  • Section name
  • Section name
  • Section name

​​
​
​
Picture
Niltaqgħu ma' … Żewġ ġurnalisti sportivi li jsegwu il-football taż-żgħazagħ




Għadda ż-żmien li wieħed jaħseb li l-football jinvolvi biss il-plejer u l-kowċ. Fil-verita hemm bosta nies oħrajn involuti f'dan il-kamp, uħud minn wara l-kwinti u li saħansitra r-rwol tagħhom hu importanti mmens. Fost dawn insemmu lill-ġurnalisti li bosta drabi permezz tal-kitbiet u s-servizzi televiżivi tagħhom iqajjmu numru ta' argumenti, uħud pożittivi u kritiċi speċjalment wara l-logħob ta’ tmiem il-ġimgħa. Ovjament xi kontroversja ma tonqosx! Iżda ninnutaw li dan jiġri l-aktar fil-kampjonati tat-timiiet tal-kbar.

​Żewġ persuni li għażlu triq kemmxejn differenti huma Charles Farrugia, eks-plejer tal-Furjana, u Victor Ciangura. Għal dawn l-aħħar snin kemm Charles kif ukoll Victor segwew mil-qrib l-
football taż-żgħażagħ u ddedikaw numru ta' artikli għall-kampjonati tal-YFA fuq il-gazzetti l-Orizzont u l-Malta Independent rispettivament.  Iddeċidejna li nieħdu ftit kummenti sabiex insiru nafu lil dawn iż-żewġ ġurnalisti sportivi ftit aktar mil-viċin u x'kien li propju wassalhom għal fejn qegħdin illum. Forsi b’kumbinazzjoni….imma ħaġa komuni bejniethom hi li t-tnejn li huma ħarġu mill-Furjana!


Charles Farrugia u Victor Ciangura għandhom karattru kemmxejn simili. Filwaqt li Charles qalilna li hemm min forsi jqisu bħala bniedem stramb u ta' ftit kliem, dawk li jafuh aktar mil-viċin jgħidu li joqgħod kemmxejn lura, xi kultant taqbiżlu iżda għandu qalbu tajba. Min-naha l-oħra, Victor Ciangura jgħidilna li hu għandu karattru kemmxejn nervuż iżda jipprova jżomm il-kalma f'sitwazzjonijiet partikolari. Qalilna wkoll li hu jħobb l-eżattezza. Xi ftit jew wisq it-tnejn li huma kienu jħobbu l-logħob tal-ballun sa minn ċkunithom....Victor imur lura sittin sena ilu fejn il-logħob tal-football fit-triq kien xi ħaġa komuni ħafna fl-ibliet u l-irħula; it-tfal kellhom ħafna aktar spazju fit-toroq u fl-għelieqi biex jiġru u jilagħbu, u sintendi t-toroq żgur li ma kinux traffikużi daqs illum. Ħeqq xi ngħidu għal-logħob tal-kompjuter u ta’ quddiem it-televiżjoni – dan kien ineżistenti u għalhekk it-tfal kienu jiltaqgħu flimkien u jilagħbu l-ballun fit-triq. Intant Charles qalilna li bħala tifel Furjaniż, kien jilgħab il-football ma' sħabu mhux biss fit-triq iżda wkoll fix-Xagħara tal-Furjana. Jgħidilna wkoll li l-faċilitajiet kienu limitati meta mqabbla ma' l-ammont ta' tfal li kienu jkunu. Ta' ħmistax -il sena ddebutta mat-tim tal-Furjana ma' numru ta' plejers leġġendarji fosthom Publius Demanuele, Tony Cauchi, Lolly Borg, Lolly Debattista u Freddie Vella James. Charles jiddeskrivilna ż-żmien li qatta' mal-Furjana bħala l-isbaħ snin tiegħu fil-football. Ftit aktar tard hu kien ukoll pedina importanti sabiex twaqqfet in-nursery tal-Furjana fejn hu kien l-ewwel head coach tan-nursery. Wara l-Furjana, Charles kien involut ma' diversi nurseries oħra fosthom St Patrick, San Ġwann, Pembroke Athleta u Valletta.

U mill-football tat-tfal fit-triq, dawn iż-żewġ persuni llum spiċċaw isegwu bil-qalb il-logħba tal-football taż-żgħażagħ minn bosta grawnds sintetiċi madwar Malta. Lura lejn is-sena 1997, Victor Ciangura ġietu l-ħajra li jibda jsegwi aktar mil-qrib il-logħob tal-football taż-żgħażagħ. Jgħidilna li hu tħajjar jagħmel dan għax ħadd ma kien qed jagħtihom l-attenzjoni meħtieġa u fil-ġurnali la kont tara fixtures u wisq anqas riżultati. Xi ħaġa kompletament kuntrastanti għal dak li għandna llum fejn permezz tal-internet dan sar aktar possibli....l-organizzatur tal-kampjonati tal-football taz-żgħażagħ, il-YFA għarfet timxi maż-żminijiet u llum tipprovdi l-informazzjoni kollha permezz tal-website tagħha kif ukoll il-paġna tagħha ta' Facebook. Illum qegħdin hemm b'aktar kuntatt dirett mas-segwaċi tal-football taż-żgħażagħ. Intant Charles jgħidilna li hu qabad it-triq tal-ġurnaliżmu sportiv wara li temm il-karriera tiegħu ta' plejer u kowċ. Jistqarr li hekk kif il-poplu Malti sar aktar konxju dwar l-importanza tal-attività fiżika, l-isport ħa spinta 'l quddiem, tjiebu l-facilitajiet sportivi u għalhekk żdiedu l-attivitajiet fil-lokalitajiet. U dawn saru jkunu stejjer interessanti għall-aħbarijiet sportivi fil-gazzetti u fuq it-televiżjoni.

Hawnhekk interessanti nsemmu li kemm Victor kif ukoll Charles huma ġurnalisti tal-gazzetta iżda t-tnejn jemmnu li kemm il-ġurnaliżmu tal-gazzetta kif ukoll dak tat-televiżjoni huwa xogħol impenjattiv li jirrikjedi dedikazzjoni u preparazzjoni….iżda jista' jkun li l-ġurnalizmu televiżiv huwa kemmxejn aktar effettiv.  Victor jisħaq li irrispettivament jekk hux ġurnalizmu tal-gazzetta jew inkella tat-televiżjoni, l-ġurnalist għandu dejjem jgħid il-verita u fuq kollox ikun leali lejn il-qarrejja u t-telespettaturi.  Iż-żewġ ġurnalisti semmew li huma jiktbu artikli fuq il-logħob li jkunu marru jaraw matul tmiem il-ġimgħa. Victor jgħid li x-xogħol jibda minn lejlet il-logħba; jara jekk inbidlux xi fixtures, imur isegwi xi żewġ logħobiet u jieħu nota ta’ l-azzjonijiet; la jirritorna d-dar isegwi r-riżultati tal-logħob li ma jkunx segwa, jemenda l-klassifiċi u jibda jikteb ir-rapporti taż-żewġ logħobiet li jkun segwa. Charles qalilna li kemm jista’ jkun kull ġimgħa jipprova jsegwi timijiet differenti sabiex b’hekk jagħti opportunità lin-nurseries kollha. Naturalment bħal kull ħaġa oħra fil-ħajja, ma tistax tikkuntenta lil kulħadd u daqshekk ieħor fil-ġurnaliżmu sportiv. Kemm Victor u anke Charles stqarrew li xi kritika dwar dak li jkunu kitbu ma tonqosx. Iżda jekk din tkun kritika kostruttiva allura hija xi ħaġa pożittiva li wara kollox tista’ twassal għal prodott aħjar. Għalkemm forsi jkun hemm min jaħseb li l-ġurnalist qed jiffavorixxi xi tim minn ieħor, hu xi ħaġa naturali li wieħed jinġibed lejn dak it-tim li jkun qed jilgħab l-aħjar logħob, iżda Charles sostna li hu importanti li fil-kitbiet tiegħu jara li ma jagħmilx diskriminazzjoni bejn tim u ieħor.   

Victor jgħidilna li meta beda l-karriera tal-ġurnaliżmu ltaqa’ ma’ diversi sfidi iżda dan ma qatgħalux qalbu u baqa’ jirsisti sabiex eventwalment ix-xogħol tiegħu beda jiġi apprezzat. Ma stajniex ma nistaqsux lil Victor dwar kif jaħsibha fuq il-lingwa użata mill-ġurnalisti sportivi in-ġenerali. Hu jgħidilna li jweġġa’ ħafna meta jisma’ l-Malti mitkellem ħażin u mhux miktub tajjeb. Għalkemm jikteb fuq ġurnal bl-Ingliż, hu jagħmel ċert li jifli bir-reqqa r-rapporti li jkun għamel qabel jibgħathom għall-publikazzjoni. Min-naħa tiegħu Charles qalilna li qed jaħdem fuq inizjattiva ġdida fil-paġna sportiva tiegħu fejn introduċa premju ta’ kull xahar li qed jingħata lil żewġ plejers mill-kampjonati ta’ taħt il-15 u s-17–il sena bħala rikonoxximent għall-wirja tajba waqt il-partiti tal-kampjonat. U hawnhekk Victor jagħmel spunt importanti fuq l-imġieba tal-partitarji li jsegwu dan il-logħob; jiddispjacih meta jara li wħud minnhom ma jġibux ruħhom kif mixtieq u wara kollox dan jirrifletti ħażin fuq iz-żgħażagħ tagħhom stess. Jgħidilna wkoll li matul iż-żmien seta’ jara differenza fil-livell tal-logħob u għalhekk iħoss li għandu jkompli b’dan il-pass tal-ġurnaliżmu sportiv fil-qasam tal-football taz-żgħażagħ.

Kemm lil Charles kif ukoll lil Victor tlabnihom jgħaddu messaġġ lis-segwaci tal-football taz-żgħażagħ. Victor iħeġġeġ lill-ġenituri biex ikunu ta’ eżempju għall-uliedhom li jkunu qed jilagħbu fil-grawnd. Meta wieħed jirrispetta lill-uffiċjali tal-partita jkun qiegħed ukoll jirrispetta lil-logħoba li tant inħobbu. Min-naħa tiegħu Charles juri l-apprezzament tiegħu lejn dawk kollha li b’xi mod jew ieħor appoġġjawh kemm fil-passat bħala plejer u kowċ, kif ukoll fil-preżent bħala ġurnalist sportiv. Jirringrazzja b’mod speċjali lill-mara tiegħu Jane għas-sostenn kontinwu tagħha u li bħalissa qed tgħin sabiex il-paġna ta’ Charles tiġi aktar attraenti għall-qarrejja permezz tar-ritratti tagħha.  

Filwaqt li nirringrazzjaw lil Charles u Victor, nistennew aktar kitbiet dwar il-football taz-żgħażagħ għas-sena l-ġdida.  

Powered by Create your own unique website with customizable templates.
  • football
  • Festivals and Tournaments
  • Contact